Poeżija by Saħħara Malinja

Is-Saħħara Malinja
minn Jeannette Cardona

Darba waħda fil-foresta,
Saħħara kerha kienet toqgħod,
Li tisbieħ din kienet lesta,
U mart il-prinċep Ġiljanu ssir.

Kuljum tħawwad f'dik il-borma,
Kull tip ta' pozzjon u maġija,
Sabiex tibdel dik il-forma,
Biex lill-prinċep tagħna togħġob.

Jum wieħed bl-aħbar semgħet,
Li Ġiljanu ser jiżżewweġ,
B'rabja kbira fis-sħab telgħet,
Fis taret għal ġol-palazz.

Fi żrinġ ikrah bidlitu,
'Issa tiegħi għal dejjem!' qaltlu
Lura magħha ħaditu,
U fl-għadira tal-bosk tefgħatu.

Il-Kontessa fejn l-għadira marret,
Tibki u tolfoq, imdejqa,
Hemmhekk żrinġ ikrah lemħet,
B'kuruna bħal tal-Prinċep.

Bisitu u għannqitu,
U dan fi prinċep inbidel,
Ferħet li fl-aħħar sabitu,
Għat-tieġ ippreparaw.

Issa l-koppja ferħanin,
Jistgħu jgħixu għal dejjem ħenjin.

Lill-Prinċep Ġiljanu
mill-Kontessa Alisja

Qatt ma nsejtek,
Dejjem ħabbejtek.
Kont naħseb fik,
U noħlom bik.
Tgħidx kemm bkejt,
U fil-bosk jien ġejt.
Ħdejn l-għadira rajtni,
U nolfoq smajtni.
U bil-bewsa tiegħi,
Fl-aħħar qiegħed miegħi.