Kotba x'taqra ... by

Amina ta' Antoinette Borg
“Daqshekk kulħadd vs Amina. Minn issa ’l quddiem, Amina vs kulħadd.”

Kanċell kbir quddiemha. Bagalja wieqfa ħdejha.

Amina ntgħażlet biex tipparteċipa fl-ewwel kamp tal-matematika f’Malta. Se tqatta’ sitt ġimgħat wara dak il-kanċell, tipprattika s-suġġett li tħobb, ma’ nies li ma tafhomx.

Amina għadha ma tafx li hemm ġew se tidħol f’xebgħa inkwiet. Għad m’għandhiex suspetti li xi ħadd se jinqed bil-kamp għall-iskopijiet sigrieti tiegħu. M’għandhiex idea li se jkollha tirriskja taħrab minn hemm f’nofs ta’ lejl.

Hemm ġew Amina se tiskopri żewġ stejjer, waħda ġejja mill-passat, u l-oħra ġejja minn ġo fiha.

Meta toħroġ minn wara dak il-kanċell, se tkun Amina differenti.

Isma' biċċa minn Amina

Riġenerazzjoni ta' Antoinette Borg
Il-Ġimgħa filgħaxija. Sitt teenagers. Tfajla bil-mutur. Inċident. Żewġ pulizija. U wiżgħa.

Imma żgur kien inċident? Andrea għandha d-dubji tagħha. Tiddeċiedi li tinvestiga ftit, u tiskopri ħafna. Xi ħadd minn sħabha għandu x’jaħbi, u jaf iktar milli qed jgħid dwar l-inċident …

Sadanittant, l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin …

Int kieku x’tagħżel, Truth or Dare?

Artiklu dwar ir-rumanz Riġenerazzjoni

Żero ta' John A. Bonello
Żero se jagħlaq erbatax-il sena. Qatt ma kellu kuntatt ma’ bnedmin oħra, ma jafx x’inhi l-kesħa jew is-sħana, qatt ma ħass ir-riħ jew mess il-borra. Għex dejjem waħdu, f’post magħluq u maqtugħ minn kollox u minn kulħadd — ħlief għal-leħen tal-gwida tiegħu Mader. F’dak il-post tgħallem u tħarreġ kif juża droni militari sofistikati.

Żero, bil-mod tiegħu, jgħix kuntent. Kburi bir-riżultati li jġib, dixxiplinat għall-aħħar.

Sa ma darba … id-dwal ta’ dak il-post fejn jgħix jintfew u madwaru jaqa’ dlam ċappa. Żero jibda jaħseb li dak huwa biss it-test li jmiss. B’xi mod, jirnexxilu joħroġ u mid-dinja virtwali fejn trabba, isib ruħu fid-dinja reali. Hemmhekk nieżla l-borra, l-iscreens donnhom ma jaħdmux kif imdorri hu, anzi m’hemm xejn li jagħraf.

Hekk tibda l-ġrajja ta’ Żero, b’ħarba perikoluża min-nies li rabbewh, fejn irid jifhem ir-raġuni tal-eżistenza tiegħu u fl-istess ħin isib mod kif jgħix fid-dinja l-vera.

Artiklu dwar ir-rumanz Żero ta' John A. Bonello

Il-Kreatura tal-Bir ta' Simon Bartolo
Nadja u Antonin kienu fil-bitħa meta wasal. Xammewh mill-ewwel għax ir-riħa kienet tasal qablu. Kien jinten seba’ pesti. Twerwru għax kienu jafu li ġej għalihom! Telqu jiġru imma hu daħal għal warajhom. Fejn se jaqbdu jinħbew?

Dan hu l-bidu ta’ storja kbira. Avventura li tlaqqagħna ma’ nies eċċentriċi, irwejjaħ differenti, ġojjelli forma ta’ brimb, kejkijiet tajbin u sopop strambi, xita, tattwaġġi, siġar, fjuri, vażuni, bagalji, eċitament, kurżità, sorpriżi u, fuq kollox, biża’. Biża’ minn mostri antiki li ħadd ma jaf minn fejn ġejjin jew kif se neħilsu minnhom. F’dan l-ewwel ktieb Antonin u l-bqija ta’ familtu jsibu ruħhom wiċċ imb wiċċ ma’ kreatura tal-qedem li, jekk toħroġ mid-dlam kiesaħ tal-ġiebja li tgħix fih, aħjar inwarrbu u ninħbew kollha kemm aħna!

Intervista mal-awtur fuq Il-Kreatura tal-Bir

Ħija jiġri wara d-dinosawri ta' Giacomo Mazzariol
Għandek ħames snin, żewġt aħwa bniet u tixtieq ħafna li jkollok ħuk iżgħar li miegħu tista’ tilgħab il-logħob tas-subien. Jum minnhom, il-ġenituri jħabbrulek li fl-aħħar se jkollok … u li se jkun speċjali. Tħossok se ttir bil-ferħ, għax għalik speċjali tfisser supereroj. Anki l-isem tagħżillu: Giovanni. Imbagħad jitwieled, u ftit ftit tintebaħ li ħuk differenti minn ħaddieħor. Titgħallem il-kelma Down, u l-entużjażmu tiegħek jinbidel tant li ma tkunx trid taf bih u saħansitra jġiegħlek tistħi. Ikollha tgħaddi l-adolexxenza biex tinduna li l-mod kif immaġinajt lil ħuk fil-bidu nett ma kienx għalkollox żbaljat. U titħalla tinġarr mill-enerġija ta’ Giovanni u tasal għall-konklużjoni li forsi iva, ħuk tassew huwa supereroj. Hu x’inhu, tirrealizza li hu l-akbar ħabib tiegħek.

Storja vera, li tissorprendik, tqabbdek għafsa ta’ qalb, iddaħħqek u ġġiegħlek tirrifletti.

Sal-Quċċata tal-Everest ta' Marco Cremona
Fis-17 ta’ Mejju, 2010, tliet xabbaturi Maltin għamlu dak li ħafna kienu jaħsbu impossibbli għal nies imrobbija fi gżira mingħajr muntanji. Fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu, laħqu l-ogħla quċċata tad-dinja; sfiniti, bla nifs, kesħa tremenda, ġlieda kontra l-ħin.

Din hija l-istorja ta’ Marco Cremona li għal sitt snin ixxabbat muntanja wara l-oħra: storja ta’ sfidi mirbuħa, ħbiberiji u rivalitajiet iffurmati minn kundizzjonijiet u ambizzjonijiet estremi.

Magna Mater - Loranne Vella
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb

Ir-ritorn ta' Loranne Vella, did-darba fil-letteratura għall-adolexxenti, wara s-suċċess tat-triloġija tal-Fiddien

Xejn mhu sejjer kif suppost fl-2020. Lanqas f'Malta. Id-dinja kienet donnha waqfet iddur fuq l-assi tagħha u ddeċidiet tagħmel fattiha.

Elizabeth għandha biss ħmistax-il sena, kif tista' tibża' mill-borra? Minflok, medhija tibbrawżja fuq il-Magna tikteb il-lyrics għad-diska l-ġdida tal-Jitterylemon, tfittex aktar dwar Fay Wray u King Kong, u tiċċettja ma' Jamie fuq iċ-Chatterbox. U d-dinja ta' Jamie ddur madwar l-isbejdbord xejn standard li dejjem jiġri fuqha, flimkien mal-isbejders l-oħra, ilesti ruħu għall-isfida kontra l-iskejters tas-Sulfarina li jirrenjaw fil-Glaskuppel ta' Tal-Qroqq. Jekk tħares sew tinduna li hawnhekk, ukoll, xejn mhu sejjer kif suppost.

Qari minn Magna Mater mill-awtriċi Loranne Vella

Gramma ta' Leanne Ellul
Rumanz rebbieħ fil-Konkors ta' Kitba - Letteratura għaż-Żgħażagħ 2014, imniedi mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb flimkien mal-Aġenzija Żgħażagħ

"Iċ-ċikkulata, dnub. Anke l-luminata, dnub. Għax id-droga mhux it-trab abjad biss. Ħafna ħin fuq l-internet, dnub. Jekk ma tfittixnix, dnub. Ħafna ħin barra mid-dar, dnub. L-ikel, dnub. L-ikel dnub. Kollox jista' jkun dnub."

Analiża għandha erbatax-il sena, u minn tal-inqas erbatas-il kilogramma żejda. Missierha kollu arja u ommha l-iċken kas. Imnalla jidħlu f'ħajjitha Daniel u Pappa. U Markita u n-nanna, ovvjament. Dawk dejjem hemm. Bħalma hu dejjem hemm ix-xaħam. L-ikel favorit t'Analiża l-arja (mhux minn ta' missierha). Tikolha mal-qiegħ taż-żarbun meta tmur timxi, iktar minn darba kuljum. Li tista' Analiża, lanqas tixrob, għax l-ilma kapaċi jneffaħ. Jekk tibki, tgħid, tonqos gramma?

intervista mal-awtriċi tar-rumanz Gramma ta' Leanne Ellul

Sherlock, Lupin u jien - L-aħħar att fit-teatru tal-opra
Qtil misterjuż li heżżeż id-dinja operistika!

Sherlock Holmes, Arsène Lupin u Irene Adler miftehmin li jiltaqgħu Londra. Imma Lupin ma jiftaċċax — missieru jinżamm arrestat u akkużat b’serqa u bil-qtil tal-assistent personali tal-kompożitur ċelebri Giuseppe Barzini. It-tlett iħbieb jibdew jinvestigaw ħalli jaraw kif jistgħu jippruvaw li huwa innoċenti — u meta jsalvaw lis-sopran popolari Ophelia Merridew, ikun għadu biss il-bidu ta’ sorpriża wara l-oħra li jwasslu lil Sherlock u ’l sħabu biex jikxfu min kien il-veru ħati.

Sherlock, Lupin u Jien - Is-sinjura s-sewda
Tlett itfal straordinarji li saru ħbieb inseparabbli. Tliet imħuħ li se jibqgħu magħrufa fl-istorja tal-kriminalità.

L-ewwel ktieb f’sensiela eċitanti ta’ misteru u investigazzjoni …

Il-belt trankwilla ta’ Saint-Malo maħsuda b’delitt tal-waħx!

Sherlock Holmes, Arsène Lupin u Irene Adler jiltaqgħu għall-ewwel darba fis-sajf tal-1870 f’Saint-Malo. It-tlieta li huma kienu hemm għall-vaganzi, imma d-destin ried mod ieħor.

It-tlett iħbieb isibu ruħhom f’kobba mħabbla riħa ta’ kriminalità: kullana tad-djamanti li tgħosfor, raġel misjub mejjet f’bajja, figura tħuf billejl fuq il-bjut. Il-pulizija jagħżqu fl-ilma … u l-każ ikollu jsolvih ħaddieħor.

Riħ Isfel ta' Pierre J. Mejlak
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb

Ir-rumanz li fetaħ beraħ il-bieb għat-twelid tal-letteratura YA għall-adolexxenti bil-Malti

F'raħal żgħir, fejn kważi qatt ma jiġri xejn, qed jibda sajf ieħor kollu riħ isfel u gdim tan-nemus. Imma did-darba qed jibda bil-kbir għax tifel ta' ħdax-il sena joħroġ mid-dar u ma jerġax jidħol.
Ommu qed tibkih.
Il-pulizija qed ifittxuh.
Il-qassisin qed jitolbu għalih.
U fil-każin qed jinġemgħu ħafna iżjed nies mis-soltu.
Fil-frattemp, Jason qed jipprova jgħabbi l-isbaħ tifla tar-raħal.

Stessi ta' Matthew Schembri
Rebbieħ tal-Konkors ta’ Kitba — Letteratura għaż-Żgħażagħ (Aġenzija Żgħażagħ u Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb)

X’tagħmel li kieku bħala rigal taqla’ kamera tar-ritratti vjola? Mhux tipprova tixgħelha, hux! Orrajt, tajjeb. Imma, tipprova kemm tipprova, l-iskrin jibqa’ ċappa waħda sewda. Wara li tixħitha qalb l-imbarazz biex tipprova tinsieha, titfaċċalek waħedha fil-basket tal-iskola. U wara ftit ġranet issib tliet stessi mixħutin fl-art ta’ kamartek li taħlef li ma tkunx ħadthom inti. Imma stessi isimhom magħhom — bilfors li inti tkun ħadthom. Imbagħad il-kamera tibda—

Żomm … s’hawnhekk biss qed iħalluni ngħid.

Il-ħajja ta’ Sven tibda tinbidel mal-kamera tal-istessi, sa ma ssir inkubu ta’ misteri oskuri minn ġenerazzjonijiet mgħoddija. Realtà waħda tibqa’ — li l-kamera ma tħalli xejn kif kien qabel.

Bella Berger ta' Rita Saliba
Bella ma kinitx għalkollox komda b’persunitha.  Kienet tinħeba ġo flokkijiet wesgħin u l-ġins kienet issibu komdu għal kull okkażjoni.  Kultant xtaqet tkun bħal ħabibitha, Jasmine, bl-għadam ta’ ġenbejha mqabbeż ‘l barra jew bħal oħtha Darlene, b’figura ta’ ballerina.  Marvin ta’ ħdejhom minn dejjem kien nitfa ta’ tifel.  Imma għaliex in-nies jiġġudikawk minn kif tidher aktar milli x’taf tagħmel?  U għalfejn dawk ta’ madwarek jibqgħu jinbidlu?  Jew jiddettawlek x’għandek tibdel biex tidher aħjar?  Sħabek ikollhom ġenn biex jikbru, jew iwarrbuk imbagħad jerġgħu jkellmuk xħin ikun komdu għalihom.  Dawk li tkun tħobb tibża’ li jitilqu… In-nanna Bianca se tibqa’ magħha, tirrakkontalha, tinkoraġġiha f’ħolmietha?  U Bella kienet lesta li tinbidel?  Kienet lesta li tikber?

Inżul ix-Xemx ta' Rita Saliba
Rebbieħ tal-Konkors Letterarju għal Rumanzi għaż-Żgħażagħ

Meta Josef iltaqa' ma' Thomas ma kienx jaf kif se jġib ruħu. Il-ġilda mkemmxa, ix-xagħar ħafif ħasduh xi ftit. Thomas kien protett wisq minħabba l-marda rari li kellu u li kienet qed tifnieh kull jum li jgħaddi.

Josef ħassha nġusta li lil Thomas ma kinux iħalluh joħroġ "għall-ġid tiegħu". Dik skuża, egoiżmu tal-kbar biex iserrħu moħħhom. Xtaq jgħin lil Thomas. Il-ħbieb l-oħra ta' Josef bdew jarawh iġib ruħu stramb. Riedu jsiru jafu b'xi mod x'kien qed jiġrilu, sakemm darba waħda Josef kien qalilhom bil-pjan li ħejja għal Thomas.

Sqaq l-Infern (Il-Fiddien 1)
Rebbieħ: l-Aqwa Disinn ta' Ktieb bil-Malti fil-Premju Nazzjonali tal-Ktieb

L-ewwel volum fit-triloġija tal-Fiddien

Id-dar il-Ħamra fiha riħa wisq qawwija ta' kotba antiki, xtieli tal-għeruqarja, sigrieti u mistoqsijiet bla tweġiba. U ġewwa wieħed minn dawn il-kotba, titfaċċa l-ġrajja ta' Fennimore. Li twassalna għall-kitba ta' Jason. U kollox donnu jgħaddi, b'mod jew ieħor, minn dar ċkejkna u żdingata fit-tarf ta' Sqaq l-Infern.
F'dan l-ewwel ktieb fit-Triloġija tal-Fiddien, dak li jibda bħala misteru fil-ħajja ta' kuljum jispiċċa jġorrna miegħu fi vjaġġ uniku: mid-drammatiku għall-avventuruż, mill-fantastiku għall-istoriku, bi ħjiel ta' seħer medjevali li jispiċċa f'periklu u jsib il-qofol tiegħu fiż-żewġ volumi li jmiss.
Fi Sqaq l-Infern se ssib ħafna aktar milli x'aktarx qed tistenna. Iżda jekk trid tkun taf dwar x'hemm moħbi, se jkollok taqra l-ktieb.

Wied Wirdien (Il-Fiddien 2)
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb

It-tieni ktieb fit-triloġija tal-Fiddien

X'inhu jiġri f'daqqa waħda? Maltemp u mewt u atmosfera skura. Malta qed tiġi assedjata minn wisq wirdien. U seba' subien tal-iskola jmorru fid-direzzjoni ta' Wied Wirdien u jgħibu. Ma jista' jsibhom ħadd.
Jista' jagħmel xi ħaġa l-Magħżul? Kulħadd qed jistenna xi ħaġa kbira mingħand Jason Baldacchino, għax suppost li hu speċjali. Imma hu aktar għandu mistoqsijiet milli tweġibiet f'rasu.
Biex nifhmu min hu jew x'inhu l-Fiddien u kif għażel l-Immarkati jkollna mmorru lura għall-1978 biex naraw kif bdew l-affarijiet. Le, aħjar nibqgħu sejrin aktar lura, millennju sħiħ, biex naraw x'ġara wara li Fennimore iżżewweġ lir-Reġina Verdra.
Fid-dar il-Ħamra qed iseħħu affarijiet strambi: jinxtorob te maġiku, jinstabu profeziji u żrieragħ, u jitkebbsu t-twieqi u l-bibien ...
X'inhu jiġri f'daqqa waħda?

Il-Ġnien tad-Dmugħ (Il-Fiddien 3)
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb

It-tielet u l-aħħar volum fit-triloġija tal-Fiddien, li kisret kull rekord ta' bejgħ

Wasal iż-żmien li jitwieġbu l-mistoqsijiet kollha, iż-żmien fejn tintemm l-innoċenza u jibda l-ġlied.
Jista' jerġa' jkun hemm il-paċi u l-kuntentizza fid-dar il-Ħamra, wara t-traġedja fil-ġnien?
Tommy jitlaq biex isib lil sħabu u miegħu għandu lil Estella. Flimkien imorru fuq l-akbar avventura ta' ħajjithom, avventura li tħallina bla nifs, fejn dak kollu li sirna nafu s'issa jista' jinbidel jew jintemm.
Jista' l-Magħżul jeqred lill-Fiddien? Jistgħu l-Immarkati jerġgħu lura lejn djarhom? Hemm tama għal Jason u s-subien l-oħra?
Fost siġar u fjuri, wirdien u friefet, se ninġarru fl-akbar avventura li qatt rat Malta u naslu fil-qofol ta' storja tant kbira li se żżommna mtertqin sal-aħħar!

It-Tielet Qamar ta' John A. Bonello
L-ewwel volum fit-triloġija Il-Logħba tal-Allat

Hemm xi mkien fejn iż-żmien ma jgħaddix kif nafuh aħna.

Hemm post fejn jgħammar ġens bi ġrajja mhux tas-soltu, post li ilu eluf ta' snin mistur u minsi. Iżda issa wasal iż-żmien li tissokta l-logħba tal-allat, u dak li kien moħbi, jibda jinkixef.

Xon, Marku u Riku sabu dan il-post …

L-Aħħar Ħolma ta' John A. Bonello
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb

It-tieni volum fit-triloġija Il-Logħba tal-Allat

Sittin sena qabel il-ġrajjiet li seħħew f'It-Tielet Qamar …

Il-Qamar u l-Anġlu, Salvu u Mikiel. Niżlu jqattgħu lejl f'Ħaġar Qim bħalma dejjem jagħmlu fi tmiem il-ġimgħa. Iżda din id-darba xejn mhuwa bħas-soltu … għax f'salt wieħed, bi żball jew b'kumbinazzjoni, sfaw katapultati f'univers ieħor. U sabu ruħhom f'nofs logħba li ilha tintlagħab eluf kbar ta' snin, sa minn dakinhar li sitt aħwa b'setgħat tal-għaġeb ħolquha biex jgħaddu ftit taż-żmien.
Iżda issa r-regoli tal-logħba nbidlu …

Brinku baqa' għal ħin twil iċċassat, b'ħalqu miftuħ, imbellah b'dak li kien għadu kif ra b'għajnejh. Maġenbu, Ru kienet għadha bħalu mwaħħla mal-art, ma tistax temmen.

"Ru, rajt int dak li rajt jiena?" staqsieha meta l-għoqla fi griżmejh inħallet.

"Xi ħaġa rajt li qatt qabel ma kont rajt bħalha f'ħajti," wieġbet Ru. "Taf tfehemni x'ġara hawn sultan sidi?"

"Il-ħrejjef tal-imgħoddi, l-għanjiet ta' missirijietna, mhuma ħrejjef xejn mix-xeħta tagħhom. Iżjed ma nafx ngħidlek."

Is-Sitt Aħwa ta' John A. Bonello
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb

Rebbieħ: l-Aqwa Disinn ta' Ktieb bil-Malti fil-Premju Nazzjonali tal-Ktieb

It-tielet volum fit-triloġija Il-Logħba tal-Allat

L-Imxajtan fl-aħħar ħareġ minn fejn eluf ta' snin ilu safa msakkar minn ħutu stess. L-għan tiegħu li jkun mill-ġdid setgħan fuq kollox u fuq kulħadd. Iżda jonqsu xi ħaġa li mingħajrha ma jista' qatt ikun sħiħ. U qed ifittixha.
Taħt il-kmand ta' Baàl, Sultan tad-Dlamijiet u alla tal-ħin, Ulied il-Lejl bdew jinġabru fuq id-dinjiet kollha sabiex iwieġbu għas-sejħa tal-imgħallem tagħhom. Minn fejn jgħaddu, iħallu biss ħerba u mwiet.
U l-logħba, kif se tintemm?
U Baàl, li kien għadda magħhom f'Siì, issa fl-aħħar ħieles minn jasar t'eluf ta' snin, żamm bi tbatija kbira bilwieqfa u qagħad iħares lejn il-ġlieda mill-bogħod, minn wara s-siġra li kien staħba warajha kif waslu, u tbissem għax kollox kien mar kif xtaq.

Il-Kulur tal-Lellux ta' Rita Saliba
Kieku setgħet, Amber kienet terġa’ tistħajjel triq kollha fjuri tal-lellux. Kienet logħba bejnha u bejn il-mamà biex jaħarbu ftit mill-ħamba tal-fletts fejn kienu joqogħdu. Dakinhar li l-mamà qatgħet l-aħħar petala, Amber fehmet li żmien il-logħob kien spiċċa u li issa kienet għalkollox waħedha.

Amber ma setgħetx tibqa’ toqgħod ma’ Rose tal-flett ta’ taħthom. Meta bdiet tgħix mal-familja taz-ziju Patrick xtaqet terġa’ taħrab lejn dik l-għalqa tal-lellux. Minflok, l-istħajjil ilaqqagħha ma’ Elizabeth li tkun għaddejja minn esperjenza simili…  iżda xi snin qabel!

Il-Kulur tal-Lellux qiegħed jiġi ppubblikat bl-għajnuna mogħtija mill-Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, wara li rebaħ il-Konkors ta’ Kitba Letteratura għaż-Żgħażagħ 2015.

Fittixni ta' Antoinette Borg
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb

Talent kbir ġdid fix-xena letterarja Maltija

"Meta ġie f'idejja l-manuskritt ta' Antoinette Borg, ħassejtni qisni qed niġbed nifs ta' arja safja minn fuq il-quċċata ta' muntanja" - Trevor Żahra

Ottubru 1937: F'nofs ta' lejl qalil, Jessica Manderley qed tiġġieled mal-mewġ kiesaħ u feroċi ftit ’il bogħod minn Malta, iggranfata ma' kaxxa li fiha hemm bintha tarbija.

Lulju 2014: Fil-bidu ta' sajf ieħor minn dawk li fihom qisu ma jiġri xejn, fid-dar ta' nanntu Jack Micallef isib ritratt antik tal-familja .F'nofshom, hemm tifla żgħira bjonda li qatt ma ra qabel. Min hi? U x'qed tagħmel fir-ritratt, qisha parti mill-familja?

Bl-għajnuna ta' sħabu, Jack jirnexxilu jiskopri l-istorja inkredibbli ta' Jessica Manderley u bintha, u jikxef sigriet li kien ilu midfun sebgħin sena.
Biss hemm ħaġa waħda li Jack għadu ma jafx: li dak kollu li qed jiġri mhux kumbinazzjoni, imma parti minn pjan maħdum bir-reqqa …

Fittixni jirrakkonta storja ta' determinazzjoni, passjoni u kuraġġ, fejn il-passat jirkeb fuq il-preżent, il-limitazzjonijiet jingħelbu, u nies ordinarji jsibu ruħhom jagħmlu affarijiet straordinarji.

Sherlock, Lupin u Jien: Il-Misteru tal-Warda Ħamra (3)
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb

Tlett itfal straordinarji li saru ħbieb inseparabbli. Tliet imħuħ li se jibqgħu magħrufa fl-istorja tal-kriminalità.

It-tielet ktieb f’sensiela eċitanti ta’ misteru u investigazzjoni …

Londra xxukkjata: delitt misterjuż fis-subborg trankwill ta’ Twickenham

Irene Adler, Sherlock Holmes u Arsène Lupin jerġgħu jiltaqgħu Londra u huma u jqallbu fit-Times jinnutaw problema taċ-ċess, iffirmata mill-“Patri l-Iswed”, li tidhrilhom kemxejn stramba. Il-kodiċi li nkitbet bih mhuwiex magħruf fid-dinja taċ-ċess, u leħħa ħafifa tilma f’għajnejn Sherlock …

L-għada, il-belt Ingliża tqum maħsuda bl-aħbar tal-qtil ta’ negozjant sinjur. Fuq l-iskrivanija tiegħu tinstab warda ħamra: l-istess fjura li għoxrin sena qabel kien iħalli warajh grupp ta’ kriminali gwappi wara kull reat li kien iwettaq. Tgħid dan hu r-ritorn taċ-Ċorma tal-Warda Ħamra?

Is-Seba’ Tronġiet Mewwija
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb

“l-aqwa fost il-kotba epiċi ta’ fantasija f’pajjiżna” - Ġorġ Mallia

Vira u Toninu kienu jogħxew jisimgħu lil Ċensina tirrakkontalhom il-ħrafa tas-Seba’ Tronġiet Mewwija. U Barbanġ il-qattus, għalkemm il-ħin kollu jikkritika u jiżżuffjetta, kien iħobb jismagħha wkoll. Imma ħadd minnhom qatt ma basar li fi żmien qasir kienu se jsiru parti minn din il-ħrafa. Qatt m’għaddielhom minn rashom li t-Tronġiet kienu jeżistu tassew u li dawn kienu qed jistennewhom.

Vjaġġ twil mimli perikli u taqtigħ il-qalb; logħba qalila bejn ħajja u mewt.

Iżda t-Tronġiet ma setgħux jibqgħu aktar moħbijin fid-dalma tal-istorja.

Il-Kreatura taħt is-Sodda (2)
It-tieni ktieb fit-triloġija ġdida Ruxxmata Kreaturi

Imsieken Nadja u Antonin u l-bqija tal-familja; bilkemm għad kellhom ħin jieħdu nifs wara l-attakk tal-Imħalla li ma tasalx l-invażjoni tal-Imniefaħ f’dan it-tieni ktieb tar-Ruxxmata Kreaturi.

Avventura mostruża ġdida għall-familja Borg u din id-darba għar-raħal kollu tagħhom. Misterjuż il-fatt li l-mostru taħt is-sodda jrid ikaxkar miegħu lil Nadja u mhux lil ħaddieħor! Storja mimlija b’affarijiet strambi bħall-boċċa tal-ħġieġ li tixgħel, il-fjura maġika t’għajn il-jum li tbiddel il-kuluri, is-siġar li jafu jsiru aggressivi, iċ-ċiklun ġo barmil, l-Ulied tal-Ħamrija, il-gawwi tal-mewt, is-sala tal-inspjegabbli … u l-ewwel lemħa vera tar-ruxxmata kreaturi li hemm ħerqana biex joħorġu mid-dinja tan-naħa l-oħra.

Mitt Elf Isem Ieħor: HappyVeganGirlJules
Rebbieħ tal-Konkors ta’ Kitba — Letteratura għaż-Żgħażagħ (Aġenzija Żgħażagħ u Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb)

Iva, f’Jules għoġobni dak kollu li jien m’għandix. F’Jules għoġobni kollox għax jien m’għandi xejn.

Lil Manda, id-dinja reali ħaditilha kollox filwaqt li d-dinja diġitali tatha lil Julia, Jules.

Manda u Julia, żewġ tfajliet ta’ tlettax-il sena li jgħixu fuq naħat differenti tal-iscreen. Waħda quddiemu taqsam il-ħajja perfetta li għandha mad-dinja kollha, u l-oħra warajh tikkonsma l-istess dinja li hi m’għandhiex.

Kulħadd jaħsibha li qed tipprova tkun bħal Jules …

Imma mhux vera, jien ma nixtieqx inkun bħal Jules. Jien nixtieq inkun Jules. Nixtieq li kulħadd flok isejjaħli Manda, jibda jsejjaħli Julia, Jules jew b’mitt elf isem ieħor.

Stilel fl-istalel ta' Antoinette Borg
X’naqbad ngħidlek fuq dal-ktieb?

Jinten. Riħa ta’ żwiemel, ta’ ħrieqi, ta’ demel u ta’ ilma maħmuġ.

Imma jfuħ ukoll. Riħa tal-kampanja: fjuri, siġar, arja friska. Dħaħen xejn. Għax issa qegħdin l-Imġarr.

Tad-daħq. Għax dawn tal-familja Bonnici fihom tip. (U l-kittieba wkoll, trid iddaħħaq!)

Tal-biki. Għax dik ix-xena xokkanti li sabu ma’ wiċċhom Thomas u Chloe ma tistax tiddeskriviha mod ieħor.

Tal-biża’. Għax ma tistax ma tibżax, quddiem raġel ixejjer is-senter lejk … lest biex jispara!

Din hi l-istorja ta’ familja li minn belt tbaqbaq bin-nies tmur tgħix f’razzett taż-żwiemel fil-baħħ tal-kampanja. Però meta jaħrab żiemel, u l-aħwa Bonnici jsibu ruħhom f’razzett ta’ ħaddieħor, dak li jaraw ikexkixhom, u jindunaw li l-ħajja qalb l-għelieqi mhix trankwilla daqskemm immaġinaw …

Sħab ta' Trevor Żahra
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb

Kultant lil Toby ma nifhmux.
Ilbieraħ qalli li kif inkunu t-Toskana bi ħsiebu jieħu ħafna ritratti tas-sema.
Għidtlu: "Mela s-sema ta' Malta u tat-Toskana mhux l-istess?!"
Qalli: "Le, mhux l-istess!"
U fetħilha.
Dam siegħa jredden dwar kif l-ilma jeffettwa s-sħab, u l-baħar jeffettwa s-sħab, u l-għoljiet u l-muntanji u l-pjanuri u r-riħ u x-xemx kollha jeffettwaw is-sħab.
Kemm kemm ma riedx jgħid li anki tazza 7-Up fuq il-bejt teffettwa s-sħab.
Għidtlu: "Daqt jibdew jgħidulek li moħħok fis-sħab."
Qalli: "Dak ikun kumpliment!"

"F'dan il-ktieb, il-ġrajjiet ta' kuljum u dawk meraviljużi jingħaqdu flimkien biex joħolqu storja unika, fejn dawk tal-ewwel isiru straordinarji u tat-tieni jitqiesu bħala fatti komuni … dan huwa ktieb li għandu jkun fil-librerija ta' kull tifel u tifla." - Tanja Cilia, The Sunday Times of Malta

Wasal il-Milied
Meta l-ġurnalist Samwel Vella jintalab jikteb artiklu dwar il-Milied f’Malta, jiddeċiedi li jiktbu fuq il-presepju Malti. Imma meta jmur ikellem lil missieru u ommu dwar il-presepju li kien għamel nannuh Franġisk, jgħidulu nofs diskors, qishom qed iżommu milli jgħidulu xi ħaġa. U meta jibagħtuh għand ħabib ta’ nannuh, Karmenu, li kien jagħmel il-pasturi, il-mistoqsijiet flok jonqsu, jiżdiedu.

Għaliex in-nannu Franġisk kien għamel irdum fil-presepju tiegħu? X’kien qiegħed jiġri sewwasew mill-pasturi fil-presepju tan-nannu? X’sehem kellhom fil-presepju tan-nannu, ir-Rieqed, l-Għaġeb, ix-Xabbatur u l-Adoratur? U fuq kollow il-Gawgaw, x’kellu x’jaqsam ma’ dan kollu?

Ippreparaw ruħkom biex, flimkien ma’ Sam u Stefi, tiedħlu fi storja tal-Milied li teħodna fid-dinja msaħħra tal-pasturi tal-presepju Malti, imżewqa bi tradizzjoni, nostalġija u għożża għas-sengħa tal-pasturara.

Ta' Taħt Fuq
L-ewwel ktieb fis-sensiela ġdida Ta’ Taħt Fuq

Lestu ruħkom. Hemm mostru għandu missjoni xi jwettaq.

Għolliet l-għatu msaddad tal-bir u ttawlet fil-bokka. Dlam. Ħarġet il-mowbajl mill-but u xegħlet it-torċ. Minn ġol-bir taret id għaliha! Camilla ħasset ġisimha jiżbroffa. Leħħiet qawwija ta’ dwal ħodor sparaw minn ġon-nemex, għaddew minn ħwejjiġha u xegħlu kullimkien madwarha.

Camilla taħseb li għandha ħajja stramba. Imma meta tiltaqa’ ma’ Mark, din issirilha ħafna iktar stramba. Tista’ tgħid, tinqalbilha ta’ taħt fuq.

Mela … l-istorja stramba, straordinarja (u sigrieta) tal-ilsien Malti kif ma jgħiduhilekx fil-klassi
Ilbes żarbun komdu u ejja miegħi għal mixja-vjaġġ fl-istorja tal-ilsien Malti.

Jekk taħseb li ktieb dwar l-istorja tal-Malti se jkun tedjanti u mimli studjużi serji, strambi u nnerdjati, għandek żball. Dan mhux ktieb tal-iskola. Dan iħares lejn l-istorja tal-lingwa tagħna minn nuċċali differenti (u divertenti), u fiha jara nies bħali u bħalek, li jgħixu, iħobbu, iqumu, jorqdu u jitkellmu bil-Malti.

Dan il-ktieb se jlaqqgħek ma’ nies ħżiena u nies tajbin, ġakbini u midinbin, kriminali u qaddisin, u anke celebs u fans, influencers u followers, fi stejjer imqanqlin ta’ mħabba, avventura u żvintura, tradiment, konfoffi u saħansitra qtil makabru u frame-up ta’ persuna innoċenti!

Trid tkun taf aktar?

Aqfel il-lazz.

TLAQNA!